Sunday 19 ta' May 2024

Merħba fis-sit elettroniku

tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi

Il-Kappella tal-Madonna tal-Grazzja


Fit-tarf tat-telgħa tat-triq li mill-Qrendi twasslek Ħaġar Qim, wieħed jara kappella żgħira ta-Madonna tal-Grazzja. Din il-kappella nbniet fl-1658 minn Anġelo Spiteri. L-istess Spiteri kien iħallas għall-quddies u għall-vespri f’jum il-festa.

Il-faċċata ta’ din il-kappella hi nieqsa mit-tiżjin jew lavur li forsi nsibu mal-faċċati ta’ kappelli oħrajn fil-Qrendi. Fil-fatt insibu żewġ twieqi żgħar fuq kull naħa tal-bieb prinċipali u tieqa żgħira fuq il-bieb li minnha jgħaddi d-dawl għal ġewwa tal-kappella. Din il-kappella hi mibnija b’taraġ li jibda eżatt mat-triq. Dan it-taraġ jagħti dehra ta’ spiritwalita` reliġjuża lil din il-kappella. Fuq ġewwa tal-kappella hemm altar wieħed. Din il-kappella hi nieqsa mill-pittura jew tiżjin. Fuq nett tal-faċċata hemm kurċifiss żgħir tal-ġebel b’żewġ imwieżeb fuq kull naħa tal-kappella.

Il-kappella tal-Madonna tal-Grazzja fil-bidu li nbniet kienet dedikata lill-Vitorja, li l-festa tagħha niċċelebrawha fit-8 ta’ Settembru.

Din il-kappella għandha bżonn restawr estensiv biex jitgawda l-ġmiel tagħha.